Il-Papa Franġisku jikteb il-meditazzjonijiet għal-Via Sagra tal-Ġimgħa l-Kbira

Kull sena, individwi differenti jiġu fdati bil-kitba tal-meditazzjonijiet tal-Via Sagra, li tkun immexxija mill-Papa Franġisku fil-Kolossew ta’ Ruma, l-Ġimgħa l-Kbira filgħaxija. Madankollu, din is-sena, l-Qdusija Tiegħu ddeċieda li jiktibhom hu stess. Hekk żvela l-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede lill-ġurnalisti. It-tema tar-riflessjonijiet għal din is-sena hija: “fit-talb ma’ Ġesù fit-Triq tas-Salib”.

Iċ-ċelebrazzjoni tal-Via Sagra fil-Kolossew ta’ Ruma tibda fid-9.15pm. Skont l-Uffiċċju Stampa, dan il-ġest huwa “att ta’ meditazzjoni u spiritwalità,” b’Ġesù fiċ-ċentru, fil-kuntest tas-Sena tat-Talb imħabbra mill-Papa. Se jkun iffukat fuq Kristu li jagħmel it-Triq tas-Salib, u jippermetti li wieħed jimxi maġenbu. “Kollox iċċentrat fuq dak li jesperjenza Ġesù f’dak il-mument, u jidher ċar li jikber ukoll fuq it-tema tat-tbatija,” b’referenza wiesgħa, imma indiretta, għall-ġrajjiet kurrenti.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-03/pope-himself-writing-mediations-for-via-crucis-at-rome-colosseum.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading