Minn Joe Farrugia
Xi jiem ilu ltaqjt ma’ wieħed żagħżugħ, ħabib tiegħi li għadu kif spiċca l-università u bħalissa għaddej minn interview għall-oħra biex isib post fejn jaħdem. Qalli, “L-ewwel jitolbuk il-lista tal-kwalifiki li għandek u wara jistaqsuk dwar l-esperjenza tiegħek f’dak ix-xogħol.” Min jaf, f’dawn il-jiem, kemm hemm żgħażagħ oħra bħalu. Għax illum dik il-kultura, kważi kollox sar jiddepdi mill-kwalifiki u l-esperjenza li jkollok.
Imbagħad ġiet f’moħħi d-diskussjoni li hawn għaddejja bħalissa fil-media dwar it-tmexxija tal-Knisja f’Malta u staqsejt lili nnifsi, “Min jaf xi kwalifiki jrid ikollok biex issir isqof? Min jaf jekk tkunx trid timla xi applikazzjoni u tehmeż magħha kopja taċ-ċertifikati li għandek? Min jaf minn min ikun magħmul il-bord tal-għażla (jekk ikun hemm wieħed) u jekk jistaqsukx dwar l-esperjenza li jkollok?” Illum moħħna hekk sar jaħdem. Sintendi mhux qed ngħid li dan huwa ħażin, għax fejn il-ġudizzju jrid isir mill-bniedem, bilfors irid ikun hemm xi kriterji li jistabilixxu jekk l-għażla tkunx waħda ġusta. Inkella mur ħalli għal ilsien in-nies. U ngħiduha kif inhi, ġieli jkollhom raġun.
Jikkwalifika lil min jagħżel.
Imma din tal-kwalifiki lili fakkritni fi kliem li darba qalli wieħed ħabib tal-qalb tiegħi, “il-Mulej ma jagħżilx li min huwa kwalifikat, imma jikkwalifika lil min jagħżel.” Kemm jimxi b’mod differenti minna l-Mulej! Meta għażel lil Pietru, ma tantx naħseb li kellu ċertifikati akkademiċi x’jippreżentalu, u l-istess naħseb fil-każ tal-ħdax l-oħra. Xi kwalifiki kellhom qaddisin kbar bħal Franġisku ta’ Assisi biex waqqaf l-ordni li għadu jġib ismu sal-lum? Xi kwalifiki kellha Tereża, is-soru tal-Kalkutta biex ġiet magħżula tagħmel dak li għamlet? X’ikwalifika lill-Kurat ta’ Ars, biex sar saċerdot, imbagħad kappillan u llum il-qaddis protettur tal-kappillani u tas-saċerdoti? Ma nkomplix insemmi għax il-lista ma tispiċċa qatt. Imma ngħiduha kif inhi, xi kwalifiki jista’ jkollu l-bniedem biex ikun magħżul minn Alla. X’ċertifikati ppreżentajna jiena u inti, meta dakinhar tal-Magħmudija tagħna, bi grazzja speċjali konna magħżula biex inkunu infilsati fil-Ġisem ta’ Kristu?
Iva, il-Mulej tagħna hekk jaħdem, u dan bid-dikjarar. Ġesù nnifsu kien qalu elfejn sena ilu, “Mhux intom għażiltu lili, imma jiena għażilt lilkom”. Mur staqsieh għaliex għażel lill-Pietru biex imexxi l-Knisja u mhux lil wieħed mill-oħrajn! U dan mieta kien jaf minn qabel li se jiċħdu u jaħlef li ma jafux. Tgħid ma kienx hemm min kien aħjar minnu, aktar kwalifikat u aktar effiċjenti?
F’idejn l-Ispirtu.
Illum il-Mulej hekk għadu jaħdem, bl-istess mod. Xi ħadd jista’ jgħid, “Bil-preferenzi!” Iva, il-Mulej jippreferina kollha kemm aħna. Isejħilna kollha kemm aħna. Iħobbna kollha kemm aħna, imma mhux lil kulħadd jagħtih l-istess missjoni x’jaqdi. Dik f’idejn l-Ispirtu.
U allura l-ewwel u l-aqwa kwalifika li jrid ikollok hija s-sejħa Tiegħu; kemm biex biex issir Isqof, kemm saċerdot jew reliġjuż, anke biex issir nisrani. Ma’ din il-kwalifika indispensabbli meħtieġa oħra, il-ġenerożità kbira ta’ dak li jkun imsejjaħ biex b’ħafna mħabba u umiltà jaċċetta dik is-sejħa. Il-ħwejjeġ l-oħrajn kollha huma ferm sekondarji.
Għalhekk irrid niftaħ għajnejja u noqgħod attent qabel naqbad nisparla kontra dak jew kontra dawn; mhux biss dwar l-Isqof, mhux biss dwar xi saċerdot, imma wkoll dwar kull wieħed u kull waħda minna. Għax meta ngħid kontra dak jew kontra dawn, inkun qed noħodha direttament kontra Min għażilhom.
Xi kwalifiki jrid ikollok biex issir Isqof?
Kieku konna qed ngħixu fi żmien Kristu u HU kien jistaqsina ‘l min nagħżlu … skond l-opinjoni tagħna … bħala mexxej tal-Knisja, il-Knisja li kienet għadha qed titwieled, żgur li ħadd minna ma kien jagħżel lil Pietru, forsi jkun hawn min kien jagħżel lil Ġuda li kellu skola aktar minn Pietru; lil Mattew għax għallinqas kien jaf jgħodd sal-għaxra jaf is-sistema tal-ġbir tal-flus; forsi lil Ġwanni li kien profond fil-ħsibijiet tiegħu, iżda Pietru x’kellu joffri? Ħafna mill-Profeta kien jibżgħu, mexxejja tal-poplu kellhom difetti fiżiċi li jfixkluhom. B’dana kollu naraw li l-għażliet t’Alla
mhumiex l-għażliet tal-bnedmin.
Għaliex aħna niġġudikaw, nagħmlu ġudizzju fuq dak li jidher, fuq dak li nisimgħu, fuq ir-reazzjonijiet u l-imġieba tal-bnedmin, iżda ma nafux l-ispirtu, ir-ruħ, il-moħħ u dak kollu li jkun għaddej fil-fond tal-qalb.
Konna nkunu sorpriżi … kif żgur kienu ħafna mill-appostli kienu, … meta raw li l-Imgħallem għażel lis-sajjied Xmun, bniedem bla skola, karattru prużuntuż, taqbiżlu ċ-ċinga jew jitlef l-erre. Ma kellu l-ebda edukazzjoni speċjali li tikkwalifikah ‘l fuq minn sħabu, illum ngħidu ‘mhux żgur kien kapaċi jikteb ismu’.
Bħal fuħħari, Alla, jagħżel il-ġarra tal-fuħħar, ikissirha, jerġa’ jgħaġen ġarra oħra, iżda ma’ l-għaġna l-ġdida jħallat il-biċċiet tal-ġarra l-antika. Ikun qed jissoda l-ġdida u allura ċerti karatteristiċi jibqgħu hemm. Hekkhu, n-nervożiżmu, il-bravado, il-prużunzjoni ta’Pietru setgħu baqgħu hemm … iżda bl-għajnuna t’Alla qed ikunu użati, channelled, għall-ġid. Din hija waħda mir-raġunijiet li ismu minn Xmun inbidel u sar Pietru. Ma ninsewx li l-isem, fl-Idskrittura jkun marbut mall-missjoni tal-individwu.
Kulħadd, dawk li huma midħla tal-Atti tal-Appostli jafu l-kontribut, il-kitbiet u l-ħeġġa li Pietru wera bħal Kap tal-Knisja. Din turi li mhux il-bniedem ikun qed imexxi, iżda l-Ispirtu t’Alla li jaħdem fih … u San Pawl qalilna din fil-kitbiet tiegħu.
Allura l-mistoqsija, li tidher diffiċli u li mhux faċli tweġibha; għax, niddubita kemm hawn nies kompetenti li jistgħu jweġbuha billi jidħlu f’moħħ Alla, issir faċli. Mhux qed nilagħbha tal-bravu u nippretendi li tfaqqa’ subgħajk u ssib it-tweġibha. Għidt ‘tidħol f’moħħ Alla’ għax fil-verita kull ma jseħħ huwa ppjanat fil-Pjan Divin.
Biex Isqof ikun Ragħaj tajjeb, irid ikun ‘bniedem t’Alla’, mżejjen bil-virtujiet, marbut mar-rieda t’Alla, jaħdem bla heda. Qed inħalli barra l-kwalifiki akkademiċi, għax personalment nemmen li aħjar ikun jixbaħ lil S.Ġwann Marija Viannej (kien imsejjaħ jew mgħajjar ħmar), iżda l-qdusija tiegħu kienet il-kwalifika li għenitu biex ikkonverta u ġibed lejn Alla ‘l ħafna fir-Raħal ta’Ars.
Iva, il-qdusija, il-karattru doċli tant li ‘qasba mġenġla ma kienx jiksirha’ (Iżaija), ma kien jaħtaf u jikser lil ħadd. Żgur li ma kienx iġib ruħu ta’ CEO. Qdusitu kienet tagħtih id-dawl meħtieġ biex jiġbed u jmexxi l-erwieħ lejn Alla. L-ispiritwalita hija l-ewwel u l-aqwa kwalifika. Il-karattru u l-intelliġenza jiġu wara, iżda, jekk huwa spiritwali, ikun kapaċi, bl-għajnuna t’Alla jikkontrolla l-karattru u jadatta, allura juża l-intelliġenza għal tmexxija għaqlija tal-erwieħ (hekk ġralu Pietru).
Fil-Liġi Kanonika żgur li hemm regoli u direzzjonijiet ċari dwar l-għażla ta’ kandidat għall-Episkopat. Iżda, biex min hu responsabbli li jinnomina ‘l dak li jkun, jagħmel għażla tajba, skont ir-Rieda t’Alla, irid ikun hemm ħafna talb. Żgur li fil-Pjan Divin, il-persuna magħżula ilha f’moħħ Alla mill-eternita.
Għalhekk hemm bżonn ta’ dixxerniment qawwi u talb biex jingħaraf il-persuna magħżula minn Alla … u nimmaġina li hekk isir.
Xogħolna huwa li nitolbu u ma nikkritikawx jew nikkundannaw. Inkunu qed nonqsu bl-ikreh jekk naqbu mal-karatteristiċi sekondarji: kif iħobb jilbes; ma’ liema partit iżomm; kemm kapaċi jagħmel ‘show’ eċċ. Xogħolna huwa li nitolbu bla heda biex l-Ispirtu t’Alla jdawwal l-imħuħ ta’ dawk li huma responsabbli li jagħmlu l-għażla, li tkun skont il-qalb t’Alla.
Inżommu quddiem għajnejna l-istorja: meta ntagħżel il-qaddis, Ġwanni XXIII, ħafna ħasbu li kien se jkun Papa biex jimla’ l-vojt sakemm imut u jilħqu jsibu ‘l xi ħadd adattat (skont huma), iżda kulħadd jaf x’terrimot qajjem Ġwanni XXII fil-Knisja, x’arja ġdida u friska daħlet … hekk kien il-Pjan Divin.
Xi kwalifiki jrid ikollok biex issir Isqof?
Kieku konna qed ngħixu fi żmien Kristu u HU kien jistaqsina ‘l min nagħżlu … skond l-opinjoni tagħna … bħala mexxej tal-Knisja, il-Knisja li kienet għadha qed titwieled, żgur li ħadd minna ma kien jagħżel lil Pietru, forsi jkun hawn min kien jagħżel lil Ġuda li kellu skola aktar minn Pietru; lil Mattew għax għallinqas kien jaf jgħodd sal-għaxra jaf is-sistema tal-ġbir tal-flus; forsi lil Ġwanni li kien profond fil-ħsibijiet tiegħu, iżda Pietru x’kellu joffri? Ħafna mill-Profeta kien jibżgħu, mexxejja tal-poplu kellhom difetti fiżiċi li jfixkluhom. B’dana kollu naraw li l-għażliet t’Alla mhumiex l-għażliet tal-bnedmin.
Għaliex aħna niġġudikaw, nagħmlu ġudizzju fuq dak li jidher, fuq dak li nisimgħu, fuq ir-reazzjonijiet u l-imġieba tal-bnedmin, iżda ma nafux l-ispirtu, ir-ruħ, il-moħħ u dak kollu li jkun għaddej fil-fond tal-qalb.
Konna nkunu sorpriżi … kif żgur kienu ħafna mill-appostli kienu, … meta raw li l-Imgħallem għażel lis-sajjied Xmun, bniedem bla skola, karattru prużuntuż, taqbiżlu ċ-ċinga jew jitlef l-erre. Ma kellu l-ebda edukazzjoni speċjali li tikkwalifikah ‘l fuq minn sħabu, illum ngħidu ‘mhux żgur kien kapaċi jikteb ismu’.
Bħal fuħħari, Alla, jagħżel il-ġarra tal-fuħħar, ikissirha, jerġa’ jgħaġen ġarra oħra, iżda ma’ l-għaġna l-ġdida jħallat il-biċċiet tal-ġarra l-antika. Ikun qed jissoda l-ġdida u allura ċerti karatteristiċi jibqgħu hemm. Hekkhu, n-nervożiżmu, il-bravado, il-prużunzjoni ta’Pietru setgħu baqgħu hemm … iżda bl-għajnuna t’Alla qed ikunu użati, channelled, għall-ġid. Din hija waħda mir-raġunijiet li ismu minn Xmun inbidel u sar Pietru. Ma ninsewx li l-isem, fl-Idskrittura jkun marbut mall-missjoni tal-individwu.
Kulħadd, dawk li huma midħla tal-Atti tal-Appostli jafu l-kontribut, il-kitbiet u l-ħeġġa li Pietru wera bħal Kap tal-Knisja. Din turi li mhux il-bniedem ikun qed imexxi, iżda l-Ispirtu t’Alla li jaħdem fih … u San Pawl qalilna din fil-kitbiet tiegħu.
Allura l-mistoqsija, li tidher diffiċli u li mhux faċli tweġibha; għax, niddubita kemm hawn nies kompetenti li jistgħu jweġbuha billi jidħlu f’moħħ Alla, issir faċli. Mhux qed nilagħbha tal-bravu u nippretendi li tfaqqa’ subgħajk u ssib it-tweġibha. Għidt ‘tidħol f’moħħ Alla’ għax fil-verita kull ma jseħħ huwa ppjanat fil-Pjan Divin.
Biex Isqof ikun Ragħaj tajjeb, irid ikun ‘bniedem t’Alla’, mżejjen bil-virtujiet, marbut mar-rieda t’Alla, jaħdem bla heda. Qed inħalli barra l-kwalifiki akkademiċi, għax personalment nemmen li aħjar ikun jixbaħ lil S.Ġwann Marija Viannej (kien imsejjaħ jew mgħajjar ħmar), iżda l-qdusija tiegħu kienet il-kwalifika li għenitu biex ikkonverta u ġibed lejn Alla ‘l ħafna fir-Raħal ta’Ars.
Iva, il-qdusija, il-karattru doċli tant li ‘qasba mġenġla ma kienx jiksirha’ (Iżaija), ma kien jaħtaf u jikser lil ħadd. Żgur li ma kienx iġib ruħu ta’ CEO. Qdusitu kienet tagħtih id-dawl meħtieġ biex jiġbed u jmexxi l-erwieħ lejn Alla. L-ispiritwalita hija l-ewwel u l-aqwa kwalifika. Il-karattru u l-intelliġenza jiġu wara, iżda, jekk huwa spiritwali, ikun kapaċi, bl-għajnuna t’Alla jikkontrolla l-karattru u jadatta, allura juża l-intelliġenza għal tmexxija għaqlija tal-erwieħ (hekk ġralu Pietru).
Fil-Liġi Kanonika żgur li hemm regoli u direzzjonijiet ċari dwar l-għażla ta’ kandidat għall-Episkopat. Iżda, biex min hu responsabbli li jinnomina ‘l dak li jkun, jagħmel għażla tajba, skont ir-Rieda t’Alla, irid ikun hemm ħafna talb. Żgur li fil-Pjan Divin, il-persuna magħżula ilha f’moħħ Alla mill-eternita.
Għalhekk hemm bżonn ta’ dixxerniment qawwi u talb biex jingħaraf il-persuna magħżula minn Alla … u nimmaġina li hekk isir.
Xogħolna huwa li nitolbu u ma nikkritikawx jew nikkundannaw. Inkunu qed nonqsu bl-ikreh jekk naqbu mal-karatteristiċi sekondarji: kif iħobb jilbes; ma’ liema partit iżomm; kemm kapaċi jagħmel ‘show’ eċċ. Xogħolna huwa li nitolbu bla heda biex l-Ispirtu t’Alla jdawwal l-imħuħ ta’ dawk li huma responsabbli li jagħmlu l-għażla, li tkun skont il-qalb t’Alla.
Inżommu quddiem għajnejna l-istorja: meta ntagħżel il-qaddis, Ġwanni XXIII, ħafna ħasbu li kien se jkun Papa biex jimla’ l-vojt sakemm imut u jilħqu jsibu ‘l xi ħadd adattat (skont huma), iżda kulħadd jaf x’terrimot qajjem Ġwanni XXII fil-Knisja, x’arja ġdida u friska daħlet … hekk kien il-Pjan Divin.
Fuq is-suggett tal-kwalifiki dwar xoghol, mhux gust li wiehed jigi ggudikat biss fuq il-kwalifiki. Hawn min ma kellux cans jikkwalifika ruhu, imma xorta kapaci, u dejjem qed jithalla l-art. Izda fuq il-mexxejja taghna religjuzi ghandna naraw fihom lil Alla u jkollna fiducja f’min qieghdhom ghall-kariga. Nemmen li ma jistax ikollna mexxejja spiritwali ahjar. L-Arcisqof Emeritus, kien jghid fl-omeliji, ghalih innifsu, li Alla pogga dan il-hmar, u bih ried jimxi. U nghid ghalija ma kienx hmar.