Home > Aħbarijiet, Mons. Alfred Xuereb > Il-Bolla li permezz tagħha il-Papa Franġisku ħatar lil Monsinjur Alfred Xuereb bħala Nunzju u Arċisqof

Il-Bolla li permezz tagħha il-Papa Franġisku ħatar lil Monsinjur Alfred Xuereb bħala Nunzju u Arċisqof


FRANĠISKU, ISQOF, QADDEJ TAL-QADDEJJA TA’ ALLA, lil maħbub iben tagħna ALFRED XUEREB, saċerdot mill-kleru tad-djoċesi ta’ Għawdex, Prelat tal-Unur tagħna u Segretarju Ġenerali għall-affarijiet ekonomiċi, maħtur Nunzju Appostoliku għall-Korea u l-Mongolia u fl-istess waqt maħtur Arċisqof titulari ta’ Amanthea, saħħa u Barka Appostolika.

L-Imħabba ta’ Kristu ssuqna (cfr 2 Kor 5,14). Biex insaħħu dejjem il-paċi fid-dinja kollha, is-Sede Appostolika tkompli twettaq id-drawwa li tibgħat nies magħrufa u li taw prova tad-dinjità tagħhom biex, f’Isimna u bl-awtorità tagħna, mhux biss iwettqu dan l-uffiċċju importanti, iżda wkoll jagħtu xhieda tal-kobor tas-saċerdożju.

Ladarba, issa hija x-xewqa tagħna li nibgħatu Legat Tagħna fil-Korea u l-Mongolia, aħna nqisu li inti jixraqlek dan l-uffiċċju. Għandna fiduċja sħiħa li inti twettqu tajjeb għaliex irċevejt l-aqwa formazzjoni kattolika fil-familja, fil-parroċċa u f’pajjiżek, u, sa issa, b’ħafna żelu, qdejt, fid-diversi uffiċċji tas-Sede Appostolika, fis-servizz tal-Papiet, u wrejt lejhom imħabba filjali, li ġarrabna Aħna wkoll, kif ukoll it-tħaddin sod tad-duttrina, fil-prudenza, fil-mod għaqli fit-twettiq tal-ħidma tiegħek u fil-fedeltà tiegħek lejn il-Knisja Kattolika.

Għaldaqstant, ninnominawk Nunżju Appostoliku għall-Korea u l-Mongolja u naħtruk Arċisqof titulari ta’ Amanthea, bid-drittijiet u l-obbligi marbuta ma’ dan l-uffiċċju. Biex nuruk l-imħabba speċjali li għandna għalik, Aħna stess bil-qalb, nagħtuk l-ordinazzjoni Episkopali fil-Bażilika papali ta’ San Pietru, fil-festa li ġejja ta’ San Ġużepp. Qabel, inti mitlub tagħmel il-professjoni tal-fidi skont in-normi preskritti u tieħu l-ġurament ta’ fedeltà Lejna u lejn is-Suċċessuri tagħna, f’din is-Sede Appostolika.

Fl-aħħarnett, maħbub Iben tagħna, inħeġġuk biex, bl-interċessjoni tal-Imqaddsa Marija Verġni, imtellgħa fis-Sema, San Ġorġ Martri u l-Appostlu San Pawl, li l-Maltin urewħ ġieħ kbir u li kien l-ewwel li ħabbrilhom l-Evanġelju, twettaq il-ministeru tiegħek ta’ Isqof u Legat, bil-ħerqa u bil-fedeltà, speċjalment billi tkun ħaġa waħda mal-Mulej u taqsam magħna fil-ħerqa li seħħ l-għaqda fost l-Insara biex id-dinja temmen li Alla bagħat lil Ibnu bħala Salvatur (cfr Ġw. 17,21).

Mogħtija f’Ruma, f’San Pietru, illum sitta u għoxrin tax-xahar ta’ Frar tas-sena elfejn u tmintax, l-ħames tal-Pontifikat tagħna.

Ara wkoll … 

https://laikosblog.org/2018/02/26/monsinjur-alfred-xuereb-mahtur-nunzju-appostoliku/

https://laikosblog.org/2018/02/26/il-motto-u-l-istemma-tal-isqof-mahtur-monsinjur-alfred-xuereb/

https://laikosblog.org/2018/02/26/l-arcidjocesi-ta-malta-tifrah-lill-arcisqof-elett-monsinjur-alfred-xuereb/

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: