Illum il-Knisja tfakkar lil San Ġwanni XXIII


Fil-11 ta’ Ottubru l-Knisja tfakkar lil San Ġwanni XXIII, Papa li għex bejn is-snin 1881 sa 1963.

Il-Papa li twieled fqir, għex fqir u miet fqir!

Fil-25 ta’ Novembru, 1881: Angelo Giuseppe Roncalli twieled f’Sotto l-Monte – ħdejn Bergamo. Missieru kien Battista Roncalli u ommu kien jisimha Marianna Mazzola. Huwa ġie mgħammed dakinhar stess. Kien minn familja numeruża ta’ bdiewa u ferm fqira.

Fis-sena 1904, ordna saċerdot. Minn meta qaddes qatt ma naqas li jagħmel irtir kull sena. Kien ikun irtir ta’ tmint ijiem. Ta’ spiss kien jagħmel pellegrinaġġ għal xi Santwarju tal-Madonna fl-Italja u f’pajjiżi oħra. Matul l-Ewwel Gwerra kien suldat u bħala saċerdot kien il-kappillan tal-isptar ta’ Bergamo.

Fl-1921, kien inkarigat mill-opri missjunarji tal-Knisja kollha. Fl-1924, laħaq professur tal-Patroloġija fl-Università tal-Lateran. Fl-1925, kien ikkonsagrat isqof għall-knejjes tal-Lvant. Mis-sena 1924 sal-1944, kien viżitatur appostoliku, l-aħħar għoxrin sena kien nunzju appostoliku, f’diversi minn dawn il-pajjiżi tal-Lvant, anke fl-aħħar snin qabel il-Konċilju Vatikan II, fl-Ewropa.

Il-Papa Piju XII, fl-1952 għażlu bħala Patrijarka ta’ Venezja. Fl-1953, ġie nnominat kardinal mill-istess Papa Piju XII. Fl-1954-1957 ħa sehem f’diversi laqgħat pastorali u pellegrinaġġi f’diversi pajjiżi.

Fid-9 ta’ Ottubru tal-1958, miet il-Papa Piju XII. Fit-28 ta’ Ottubru, 1958 ġie elett Papa. Huwa kiteb diversi enċikliki. Fil-31 ta’ Marzu, 1961 ħareġ l-enċiklika: Mater et Magistra. Fl-1963, sejjaħ Konċilju Ekumeniku. U ftit wara fl-istess sena tal-1963 ħareġ l-enċiklika: Pacem in Terris.

Miet fit-3 ta’ Ġunju 1963, imma l-festa tiegħu ssir illum 11 ta’ Ottubru, il-jum meta nfetaħ il-Konċilju Vatikan II – li allura kienet issir festa ta’ Marija Omm Alla li issa ġiet trasferita għall-1 ta’ Jannar. Ġwanni XXIII, magħruf mill-poplu bħala l-Papa Buono, ġie ddikjarat beatu mill-Papa Ġwanni Pawlu II fit-3 ta’ Settembru, 2000 flimkien mal-Papa Piju IX. Huwa ġie kanonizzat flimkien mal-Papa Ġwanni Pawlu II fis-27 ta’ April, 2014. Illum il-ġurnata Ġwanni XXIII huwa magħruf bħala “il Papa Buono” (il-Papa Twajjeb).

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.