Ittra lill-Papa Franġisku. Sibniek ħati!

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku hu ħati! ta’ Father António Teixeira (il-Brażil)

Għażiż Papa Franġisk, Sibniek ħati!

Ħati li int bniedem u mhux anġlu!

Ħati għax għandek l-umiltà li taċċetta li żbaljajt u titlob maħfra. Titlob maħfra għalik u għalina. U għal ħafna, dik mhix ħaġa aċċettabbli.

Ħati li ma ridtx tiġġudika, tkun bniedem tal-liġi, u int mudell u xhud għalina.

Ħati għax warrabt it-tradizzjoni li tgħix fil-palazzi u għażilt li tgħix bħan-nies ordinarji.

Ħati li ħallejt knisja mżejna bid-deheb u l-fidda u ppreferejt iżżur l-irħula foqra, il-ħabsijiet, l-orfanatrofji, id-djar tal-morda u l-anzjani biex twassal il-ferħ ta’ Kristu.

Int ħati!

Ma bqajtx tbus is-saqajn “imfewħa” tal-eminenzi u tbus is-saqajn “maħmuġa” tal-ikkundannati, tan-nisa, tal-pazjenti morda, ta’ persuni ta’ twemmin ieħor, ta’ nies “differenti”.

Int ikkundannat għax int ftaħt il-bibien għar-refuġjat, għal dawk fit-“tieni żwieġ”, u għax quddiem realtajiet ta’ tbatija u kwistjonijiet mhux solvuti int sempliċiment twieġeb “min jien biex niġġudika?”.

Int ikkundannat għax ma tibżax mid-dgħufija tiegħek, u titlobna nitolbu għalik, meta ħafna jriduk tkun dommatiku, intolleranti u ma ċċedix pulzier.

Papa Franġisku, int ħati ta’ tant hekk imsejħa “infidili”, “skomunikati” u “mniġġsa” li, grazzi għalik, reġgħu skoprew il-wiċċ sabiħ ta’ Kristu mimli ħlewwa u ħniena.

Int ħati għax “l-affarijiet issejħilhom b’isimhom” u ma tinsiex tfakkar lill-isqfijiet li ma jistgħux jirgħu minn ġol-palazzi imma jridu jkunu ragħajja bir-“riħa tan-nagħaġ”.

Ħati għax qattajt il-paġni tal-intolleranza, il-morali sterili u bla qalb, u offrejtilna l-ġmiel tal-mogħdrija, il-ħlewwa u l-ħniena.

Ħati li ftaħt għajnejk, dawk tal-intelliġenza u r-raġuni, imma speċjalment l-għajnejn tal-qalb.

Int ħati li ridt terfa’ s-salib tal-Knisja flok tħares band’oħra, tibqa’ indifferenti għall-uġigħ u d-dmugħ tal-foqra, il-vulnerabbli u d-dgħajfin ta’ żmienna.

Int ħati għax ma tiflaħx għall-krimini krudili li jsiru f’isem Alla u għal dawk li jitkellmu dwar Alla imma jgħixu kontrih.

Ħati li tfittex il-verità u l-ġustizzja, imħaddna mill-ħniena, flok ma tiskot, taħbi, iċċekken jew tinjora.

Int ħati li ma ridtx iżjed Knisja tal-ipprivileġġjati u tal-privileġġi, tal-glorji u tal-mondanità, u qed tgħallimna l-qawwa tal-qadi, l-għana tal-qalb, u l-kobor tas-sempliċità.

Papa Franġisku, ħallihom jagħtuk tort ta’ dawn il-“krimini”. Int taf li fuq in-naħa tiegħek hemm għadd bla tarf ta’ rġiel u nisa li, bħalek, m’aħniex anġli, imma persuni dgħajfin, midinbin, nittamaw fi Kristu li jieħu ħsiebna.

Int taf li miegħek għandek “purċissjoni” enormi ta’ qlub li jitolbu għalik il-ħin kollu, li għalik lesti jagħtu ħajjithom. Huma jimxu warajk bħal nagħaġ li jafdaw fir-ragħaj tagħhom.

Kien Kristu li qiegħdek fit-tmun ta’ dan il-bastiment li hu l-Knisja.

Huwa Kristu li jagħtik il-qawwa biex tissokta timxi t-triq tal-“umiltà” li terraqt tant tajjeb biex turiha lid-dinja u lill-Knisja bl-eżempju tiegħek.

Għażiż Papa Franġisku, grazzi li ħallejt min jagħtik il-ħtija tal-ġmiel ta’ Knisja li ħolom Ġesù.

(addattata għall-Malti minn Francesco Pio Attard)


Hawn taħt issib il-verżjoni bl-Ingliż …

Pope Francis is guilty!

Dear Pope Francis, You’re guilty!

You’re guilty of being a man and not being a Saint!

You are guilty because you have the humility to accept that you are wrong and ask forgiveness. And that for many, is unacceptable.

You’re a canonist, and an example for us.

You’re guilty because you abandoned the tradition of living in palaces and choosing to live modestly.

Guilty because you left a church adorned with gold and silver and went to the poverty slums, of prisons, orphanages, nursing homes and recovery houses to bring the joy of Christ.

You’re guilty! because you’ve stopped kissing the ” Perfumed ” Feet of the “princes of the church”, their eminences and kiss the dirty ” Feet of convicts, women, patients and people of other faiths.

You are condemned because you opened the doors to the ” remarried ” and because in the face of painful and pending themes you simply answer, ” who am I to judge”

You are condemned because you assume your fragility, asking us to pray for you, when many require you to be dogmatic, intolerant and stern.

You’re guilty of so many things and many so-called ” infidels “, ” excommunicated ” and ” unclean ” have rediscovered the beautiful face of Christ tenderness and mercy.

You’re guilty because ” you call things by names ” and don’t forget to remind bishops that they’re not palace shepherds but people with ” smell of sheep “.

Guilty because you’ve torn the pages of intolerance, the barren and merciless morals and offered us the beauty of compassion, tenderness and mercy.

You’re guilty of wanting to carry the church cross instead of looking away, being indifferent to the pain and tears of the poor, vulnerable and weak of our time.

You are guilty because you cannot stand the heinous crimes made in the name of God and those who speak of God but live against him.

Guilty because you seek truth and justice, embraced by mercy, instead of silencing, hiding, minimizing or ignoring.

You are guilty because you stopped wanting a church of the privileged and of privileges, of glories and the worldly and teach us the strength of service, the wealth of the heart and the greatness of simplicity.

Pope Francis let them blame you for these “crimes”. You know that by your side there are countless men and women who, like you, are not angels, are fragile, sinners, waiting for Christ to look after us and us.

You know that with you is a huge “procession” of hearts that for you pray every moment, for you would give their ears , follow you like sheep who trust the pastor.

It was Christ who put you at the helm of this ship that is the church.

It is Christ who will give you the strength to pursue this path of “humility ” that you have done so well to show the world and to the church by example .

Dear Pope Francis thank you for being blamed for the beauty of the church dreamed by Jesus.

– Father António Teixeira

%d bloggers like this: