
Monsinjur Pawlu Cremona O.P., S.Th.D., twieled il-belt Valletta nhar il-25 ta’ Jannar 1946 minn Joseph u Josephine nee Cauchi. Ħa l-Edukazzjoni Primarja tiegħu fl-iskola tal-Montessuori fil-belt Valletta stess, imbagħad l-Edukazzjoni Sekondarja fil-Liceo, il-Ħamrun.
Daħal fl-Ordni Dumnikan f’Settembru tal-1962 u għamel il-Professjoni fl-istess Ordni nhar id-29 ta’ Settembru 1963. Studja l-Filosofija u t-Teoloġija fil-Kulleġġ ta’ San Tumas ta’ Akwinu fil-kunvent tad-Dumnikani tar-Rabat u ġie ordnat saċerdot nhar it-22 ta’ Marzu 1969.
Wara l-Ordinazzjoni Saċerdotali ntbagħat jistudja t-Teoloġija Morali fl-Universita’ Pontifiċa ta’ San Tumas ta’ Akwinu f’Ruma (Angelicum) minn fejn kiseb id-Dottorat fl-1973 bit-Teżi “The Concept of Peace in Pope John XXIII”.
Bejn l-1974 u l-1980 hu kien Pirjol fil-Kunvent ta’ Sidtna Marija tal-Għr fir-Rabat. Reġa’ kien Pirjol fl-istess kunvent bejn l-1997 u l-2003. Fl-1981 intgħażel bħala Provinċjal tal-Provinċja Dumnikana Maltija. Hu serva f’dan l-uffiċċju għal żewġ perijodi ta’ erba’ snin. Mat-tmiem tal-ħidma tiegħu bhala Provinċjal hu ntbagħat bħala Kappillan tal-Parroċċa ta’ Sidtna Marija tar-Rużarju ta’ Fatima, Gwardamangia. Bejn l-1993 u l-1997 kien responsabbli mill-Formazzjoni tan-Novizzi u l-Istudenti dumnikani fir-Rabat – uffiċċju li reġa’ kellu għal żmien ieħor asir bejn l-2004 u l-2005. Fl-2005, huwa inħatar Kappillan tal-Parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu, f’Tas-Sliema.
Matul il-ħajja saċerdotali tiegħu, Monsinjur Cremona beda f’diversi uffiċċji oħrajn ta’ l-Arċidjoċesi, fosthom Delegat ta’ l-Arċiqsof għall-Ħajja Konsagrata, Assistent Direttur Spiritwali fis-Seminarju tal-Virtù, ir-Rabat, membru fil-Kunsill Presbiterali, kif ukoll kien President tal-Kunsill tas-Superjuri Maġġuri tar-Reliġjużi Maltin.
- Il-kunċett tal-Paċi fil-Papa Ġwanni XXIII. 19/03/2025
- Tmien snin ilu, Mons Charles J. Scicluna kien ikkonsagrat Isqof 24/11/2020
- Pariri mis-Sorijiet tal-Klawsura fil-monasteru ta’ Lourdes 28/04/2020
- Il-missjoni tas-saċerdot: iqaddes lid-dinja ta’ madwaru 24/03/2019
- “SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?”: IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (11) 02/04/2018
- “SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?”: IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (10) 01/04/2018
- “SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?” IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (9) 31/03/2018
- “SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?”: IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (8) 30/03/2018
- “SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?”: IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (7) 29/03/2018
- “SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?” IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (6) 28/03/2018
- “SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?”: IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (5) 27/03/2018
- “SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?”: IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (4) 26/03/2018
- “SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?”: – IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (3) 25/03/2018
- “SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?”: IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (2) 24/03/2018
- “SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?”: IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (1) 23/03/2018
- “ĠESU’ MHUX BIŻŻEJJED? GĦALFEJN MARIJA?” (6) 22/03/2018
- “ĠESU’ MHUX BIŻŻEJJED? GĦALFEJN MARIJA?” (5) 21/03/2018
- “ĠESU’ MHUX BIŻŻEJJED? GĦALFEJN MARIJA?” (4) 20/03/2018
- “ĠESU’ MHUX BIŻŻEJJED? GĦALFEJN MARIJA?” (3) 19/03/2018
- “ĠESU’ MHUX BIŻŻEJJED? GĦALFEJN MARIJA?” (2) 18/03/2018
- “ĠESU’ MHUX BIŻŻEJJED? GĦALFEJN MARIJA?” (1) 17/03/2018
- “ĠESU’ MHUX BIŻŻEJJED? GĦALIEX HEMM BŻONN TAS-SAĊERDOT?” (1) 15/03/2018
- “MELA JIEN SE MMUT?” (2) 14/03/2018
- “MELA JIEN SE MMUT?” (1) 13/03/2018
- “BILLI MA NITQARBINX: X’SE NITLEF?” (2) 12/03/2018
- “BILLI MA NITQARBINX: X’SE NITLEF? “ (1) 11/03/2018
- “GĦALIEX NGĦAMMDU T-TRABI” (2) 10/03/2018
- “GĦALIEX NGĦAMMDU T-TRABI?” (1) 09/03/2018
- “FEJN INSIBUHOM IS-SAGRAMENTI?” 08/03/2018
- “GĦALFEJN GĦANDI NOBDI L-KMANDAMENTI?” 07/03/2018
- “GĦALIEX ALLA JIPPERMETTI L-ĦAŻEN FID-DINJA?” 06/03/2018
- “MA NAFX NITLOB” (2) 05/03/2018
- “ALLA MHUX L-ISTESS GĦAL KULL RELIĠJON?” 04/03/2018
- “MA NAFX NITLOB” (1) 04/03/2018
- GĦALFEJN IRRID INQERR GĦAND BNIEDEM BĦALI? 03/03/2018
- GĦAX LILI ALLA NSIENI 02/03/2018
- KULĦADD SE JSALVA? 01/03/2018
- ĠESU’ IVA, IL-KNISJA LE 28/02/2018
- NAĦFER IŻDA MA NINSIEX 27/02/2018
- JAĊĊETTANA KIF AĦNA 26/02/2018
- GĦAX JIENA HEKK NAĦSEB. 25/02/2018
- “ĦADD MA MAR U REĠA ĠIE”. 24/02/2018
- “X’GĦAMILTLU (LIL ALLA) JIEN?” 23/02/2018
- Min jaf jekk ħafirlix 19/02/2018